main menu service menu

Open day at the archeological digs at the old church site.

After long weeks of carefully clearing overgrowth and rubble; sorting, recording and cataloguing all the remaining artefacts, the ruins of the old parish church are finaly open to public access.[>]

GO TO OFFICIAL SIGGIEWI LOCAL COUNCIL WEBSITE GO:[>]

SIGGIEWI.ORG is an independent community service.

Open day at the archeological digs at the old church site.

After long weeks of carefully clearing overgrowth and rubble; sorting, recording and cataloguing all the remaining artefacts, the ruins of the old parish church are finaly open to public access.

Blessed with a clear, sunny day, the open day proved popular with trhongs of people slowly trickling through. Amongst notable visitors where the Hon. Ninu Zammit. The archeological survey is still ongoing.


Konservazzjoni tal-Knisja Parrokkjalil-Qadima ta'San Nikola, is-Siġġiewi

L-Għan ta'dan il-proġett huwawiehed ta'konservazzjoni u l-iskop finali huwa li jippriserva l-knisja fl-istat oriġinali tagħha. Waqt il-proġett mhu ser isir ebda xogħol ta'rikostruzzjoni. Hemm ukoll il-ħsieb li l-fdalijiet tal-knisja jiġifieri il-korsija, il-kappelluni ul-altar maġġur jigu mikxufa. Ir-Riżultat mistenni ta'dan il-proġett huwa li mill-ftit fdalijiet li għad baqȧ, wieħed ikun jista jifhem mill-aħjar li jistȧ kif setgħet kienet il-knisja.

Il-knisja parrokkjali l-qadima tas-Siggiewi,ddedikata lil San Nikola tȧ Bari hija msemmija mill-Isqof Senatore de Mello fir-Rollo tiegħu tal-1436. Meta Monsinjur Duzina żar din il-knisja fis-sena 1575 sab li kienet mibnija ħdejn kapella żghira ddedikata lill-Viżitazzjoni tal-Madonna. Huwa jgħid li dawn iż-żewġ knejjeskienu jmissu ma'xulxin. Dan fil-fatt jidher ċar mill-fdalijiet ta'ħajt magħmul minn żewġ ħitan differenti ta' dawn iż-żewġ knejjes. Minkejja li dan il-ħajt jidher ħajt wieħed,meta tħares lejħ sew, tinduna li żewġ ħitan mħumiex ikkatenatiflimkien. Monsinjur Duzina jgħid li l-knisja tal-Viżitazzjoni tal-Madonna kienet mgħammra tajjeb ħafna u kellha bieb ta' l-injam. Il-knisja kellha ukoll ir-Rettur u l-Prokoratur tagħha. Il-festa tal-Viżitazzjoni tal-Madonna kienet tiġi ċċelebrata f'din il-knisja.

Fl-1575,il-knisja ta'San Nikola,barra l-artal maġġur. Kellha wkoll żewġ artali oħra laterali, wieħed f'kull kappellun u kellha sagristija, imma minħabba li l-poplu tas-Siġġiewi kien qiegħed dejjem jikber inħasset il- ħtieġa li dawn iż-żewġ knejjes isiru knisja waħda akbar. Il-pjanta tal-knisja parrokkjali issa saret forma ta'salib,kif fil- fatt hul-mod ta'kif kienu jinbnew il-maġġoranza tal-knejjes Kattoliċi f'dak iż-żmien. Minn ġewwa din il-knisja għaddiet minn diversi bidliet. Dan jixhdu xi saffi differenti ta'skultura li baqgħu jidhru sal-lum. Id-dekorazzjoni tal-iskultura li għad baqȧ fil-kappelluni hija ta' stil Barokk u tmur lura għas-seklu sbatax. Wieħed mill-kappelluni għandu żewġ artali fejn l-apside tagħhom huma mżejnin minn frontispizji, kwarniċuni, kolonni stil Korint u Salamonjak u motivi oħrajn. Wara l-apside ta' kull artal hemm moħbija skultura oħra aktar antika.

Wara li-knisja ġiet imwaqqa' dan is-sit beda jintuża għal skopijiet agrikoli u ġie mibdul f'għalqa u f iġnien b'siġar tal-frott.

Informazzjoni miġbura mill-Perit Norbert Gatt u Paul C.Saliba

Informazzjoni miġbura minn fuljett stampat għall-okkażjoni.